Żewġ postijiet vakanti fi skejjel primarji tal-Knisja

Read in English.

Il-Bord tad-Dħul tal-IskejjeI tal-Knisja qal li hemm żewġ postijiet vakanti għas-subien bi statement ta’ sapport fl-Ewwel Sena Primarja. Dawn huma fl-iskola ta’ St Francis f’Bormla u post ieħor fl-iskola ta’ St Benild.

L-iskola ta’ St Francis f’Bormla għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE full-time one-to-one. L-iskola ta’ St Benild f’Tas-Sliema għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE shared.

Għal dan il-post vakanti, l-iskola ta’ St Benild lesta tikkunsidra wkoll l-applikazzjoni ta’ tifel bi statement ta’ sapport ta’ LSE fulltime one-to-one jekk ħuh ikun diġà rreġistrat fl-iskola ta’ St Benild.

Sabiex jimtlew dawn il-postijiet, u oħrajn simili li jista’ jkun hemm, se jintlaqgħu applikazzjonijiet online biss mis-sit knisja.mt/applications min-nhar it-Tnejn 10 sal-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2020.

Il-konferma tal-applikazzjoni se tintbagħat sat-Tnejn 31 ta’ Awwissu 2020. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn knisja.mt/ChurchSchools.