Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ persuni oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
L-ewwel każ huwa ta’ anzjan ta’ 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru, miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
It-tieni każ huwa ta’ anzjan ta’ 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Novembru, miet dalgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u fl-istess ħin appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.
Propju llum, tħabbru 97 każ ġdid ta’ coronavirus fil-pajjiż. Dan hekk kif il-każi attivi reġgħu niżlu taħt l-2,000.
L-aħħar żviluppi
97 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta