Żewġ persuni mmultati għax ma kinux kwarantina

kwarantina-pulizija
CMRU

Żewġ persuni ġew immultati elf ewro kull wieħed wara li nstab li ma kinux qed josservaw il-kwarantina.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li komplew l-ispezzjonijiet fuq persuni li, skont dak imħabbar mill-gvern, għandhom ikunu fi kwarantina.

Il-pulizija tal-Administrative Law Enforcement, flimkien ma’ ħaddiema tad-Direttorat għas-Saħħa Pubblika u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, għamlu 90 spezzjoni fl-ewwel 24 siegħa. Sabu li żewġ persuni kienu qed jiksru r-regoli.

“L-ispezzjonijiet se jkomplu fis-sigħat u l-jiem li ġejjin, kemm f’residenzi u kemm f’lukandi, u se jibqgħu jsiru, filwaqt li fejn diġa’ saret spezzjoni tista’ terġa’ ssir. Il-pulizija qed jirrapportaw koperazzjoni minn dawk li qed ikunu s-suġġett tal-ispezzjoni,” qal il-Ministeru.

Skont il-Pulizija, biex wieħed jirrapporta ksur ta’ kwarantina mandatorja wieħed jista’ jċempel fuq 2294 4504 jew 2294 4511.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn