Żewġ persuni l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Għawdex

Kmieni dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem Għawdex. L-ewwel indikazzjonijiet juru li kien hemm ħabta bejn żewġ vetturi. Kellhom jissejħu fuq il-post tal-inċident uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lil xi persuni l-isptar.

Newsbook jinsab infurmat li karozza minnhom kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 22 sena residenti Għajnsielem, filwaqt li l-karozza l-oħra kienet misjuqa minn guvni ta’ 22 sena residenti Kercem. F’karozza minnhom kien hemm tfajla ta’ 22 sena minn Tas Sliema kif ukoll ġuvni ta’ 21 sena residenti Santa Luċija li t-tnejn ttieħdu l-isptar fejn instab li kienu qed isofru minn ġrieħi ħfief.