Żewġ persuni l-isptar wara ħabta f’Tas-Sliema

Żewġ żagħżagħ weġġgħu ħafif wara li kienu involuti f’inċident f’Tas-Sliema.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Tigne, wara li Franċiz ta’ 29 sena ħabat ma’ mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn San Ġwann.

It-tnejn ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.