Aġġornata: Żewġ persuni l-isptar wara ħabta fil-by-pass tas-Siġġiewi

Żewġ persuni ndarbu f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-by-pass tas-Siġġiewi.
L-inċident head-on seħħ għall-ħabta tat-3.30 ta’ wara nofsinhar bejn żewġ vann u pick-up.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili, li kellhom jgħinu lis-sewwieq tal-vann biex joħroġ mill-vettura.
Is-sewwieq tal-vann li għandu 30 sena minn Ħal Balzan kif ukoll il-passiġġier ta’ 43 sena mill-Mosta ttieħdu minn tim mediku b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard irriżulta li s-sewwieq qed isofri minn ġrieħi gravi.
Is-sewwieq tal-pick-up, raġel ta’ 38 sena mill-Mellieħa ma ġarrab l-ebda ġrieħi.  

Ritratt: MRTU