Read in English.
Raġel imut f’inċident bil-mutur fejn għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li nqaleb.
Kelliem għall-pulizija ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li raġel ta’ 43 sena minn Ħal-Balzan u mara li kienet rikba miegħu fuq il-mutur weġġgħu f’inċident ta’ traffiku. Il-mara għad trid tiġi identifikata. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm fit-Triq Mikiel Anton Vassalli fejn is-sewwieq kien sejjer mill-pixxina tal-Qroqq direzzjoni Marsa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Iktar informazzjoni malli taslilna.