Żewġ persuni jsoffru xi ġrieħi wara li nqalbet il-vettura li kienu fiha

Ġuvni ta’ 18 -il sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi gravi filwaqt li tfajla ta’ 19-il sena sofriet ġrieħi ħfief wara li nqalbet il-vettura li fiha kienu passiġġiera.

L-inċident seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu fi Triq il-Kosta, limiti tan-Naxxar, meta għal xi raġuni, vettura kellha impatt ma’ ċint u inqalbet.

Tliet passiġġieri, żewġ tfajliet ta’ 19 u 20 sena residenti l-Mellieħa u ġuvni ta’ 18-il sena residenti Birkirkara, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal kura medika. Is-sewwieq tal-vettura, ġuvni ta’ 18-il sena residenti Ħal Balzan ma ttiħiedx l-Isptar.

Il-ġuvni ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla ta’ 19-il sena ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.