Żewġ persuni jisirqu minn karozza li kienet qed tinstaq f’Ħal Luqa

Żewġ persuni mhux magħrufa wettqu serqa minn karozza f’Ħal Luqa. Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-2am fi Triq Ħal-Farruġ. Hu mifhum li raġel 35 sena residenti is-Siġġiewi kien għaddej bil-vettura tiegħu u ġie mwaqqaf minn żewġ persuni u serqulu xi flus li kellu fuqu.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard il-Pulizija ġiet infurmarta li raġel kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni fuq dan il-każ.