Żewġ persuni jisirqu dar t’anzjan f’Ħal Qormi

Żewġ persuni allegatament daħlu jisirqu minn dar t’anzjan ta’ 86 sena f’Ħal Qormi.
Is-serqa seħħet fis-sigħat bikrin tat-Tnejn, hekk kif iż-żewġ persuni mgħammda daħlu fir-residenza fi Triq il-Blata għall-ħabta tas-1.30am.
L-anzjan qal mal-Pulizija li aktarx wieħed mill-allegat ħallelin kellu arma f’idejh, u dan huwa l-istess persuna li żammu milli jiċċaqlaq, filwaqt li l-oħra wettqet is-serqa.
Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
L-anzjan ma sofra ebda ġrieħi.