Aġġornata: Żewġ żgħażagħ gravi wara li ntlaqtu minn tiri

Żewġ żgħażagħ qed isofru ġrieħi gravi wara li ntlaqtu minn xi tiri l-Mellieħa.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15pm.
Fil-ħin li seħħ l-inċident, żagħżugħ ta' 29 sena mill-Mellieħa kien qiegħed isuq vann abjad, filwaqt li żagħżugħ ieħor ta' 30 sena mill-Gżira kien passiġġier, meta ntlaqtu mit-tiri li daħlu mit-twieqi.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi li ħaduhom l-isptar.