Żewġ persuni jingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li kienu akkużati b’ serq

Jehiel Falzon ta’ 19-il sena residenti Haż-Żabbar ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb ħati li kkommetta serq. Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt is-soltu kundizzjonijiet.

Intant, Rittmar Hatherley ta’ 25 sena residenti l-Furjana ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li kkommetta serq minn ħanut fiż-Żejtun. Hatherley kien akkużat ukoll li laqa għandu jew xtara ħwejjeg misruqa meħuda b’qerq jew akkwistati b’reat kif ukoll li sar riċediv. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest.