Żewġ persuni jinġabu Malta bil-ħelikopter tal-Armata

Read in English.

Żewġ persuni li kellhom bżonn assistenza medika abbord żewġ dgħajjes tas-sajd inġabu Malta permezz ta’ ħelikopter tal-Armata. Iż-żewġ persuni kienu identifikati bħala membri tal-ekwipaġġ. Persuna minnhom sofra xi ġrieħi filwaqt li l-persuna l-oħra kienet qed tbati minn kundizzjonijiet mediċi.

L-Armata qalet fi stqarrija li s-salvataġġ fiż-żewġ każijiet seħħ f’temp ta’ 12-il siegħa wara telefonati liċ-ċentru Malti għall-koordinament tas-salvataġġ.

Iż-żewġ persuni tniżżlu fil-bażi tal-ajru u wara ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.