Aġġornata (2): It-tfajla rrappurtata nieqsa tinstab mejta f’Ħad-Dingli

Tfajla ta' 15-il sena ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post filwaqt li żagħżugħ ta' 23 sena ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li nstabu fil-limiti tal-irdum ta’ Ħad-Dingli.
Hu mifhum li ż-żagħżugħ u t-tfajla huma l-istess żewġ persuni li kienu rrappurtati nieqsa aktar kmieni llum.
Kien għall-ħabta tal-erbgħa w'nofs ta' wara nofsinhar li l-Pulizija rċiviet informazzjoni li fil-limiti tal-irdum ta’ Ħad-Dingli kien hemm persuna li kellha bżonn l-għajnuna medika.
Il-Forzi Armati ta’ Malta kienet impenjata b’ħidma ta’ salvataġġ permezz ta’ ħelikopter biex żagħżugħ u tfajla jittellgħu mill-irdumijiet ta’ Ħad Dingli.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ritratt: Graziella Pisani