Żewġ persuni immigranti qed jitolbu kumpens għas-snin żejda li qattgħu il-ħabs

Żewġ persuni immigranti qed jitolbu kumpens għax-xhur żejda li qattgħu il-ħabs. Omar Osman Omar u Anwar Otman Hasan ma nstabux ħatja ta’ stupru imma nstabu ħatja ta’ vjolenza u avvanzi fuq mara kontra l-volontà tagħha. Huma nżammu fil-kustodja tal-Pulizija għal kważi sitt snin għax ma kellhomx biex iħallsu għall-libertà tagħhom.

Meta ingħataw is-sentenza mistħoqqa lilhom, kienu diġà skontaw iż-żmien, b’sentejn u nofs żejda magħhom.

Iż-żewġ persuni qalu li s-smiegħ tagħhom dam biss erbat’ijiem u għalhekk is-sitt snin kienu vjolenza tad-drittijiet tagħhom.