Żewġ persuni fuq mutur jiskidjaw f’San Pawl il-Baħar

Read in English.

Żewġ persuni skidjaw bil-mutur ilbieraħ matul il-lejl f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ fi Triq J. F. Kennedy meta s-sewwieq tal-mutur ta’ 44 sena tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’żewġ vetturi li kienu pparkjati. Miegħu kellu passiġġier ieħor ta’ 27 sena u t-tnejn ittieħdu l-isptar. L-inċident seħħ ftit qabel il-11pm.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal li ż-żewġ vittmi huma Taljani resident San Pawl il-Baħar. Qal li żewġ ambulanzi ħadu lill-vittmi l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.