Żewġ persuni arrestati wara serqa f’San Pawl il-Baħar

Żewġ persuni ġew arrestati wara li allegatament kienu involuti f’serqa li seħħet f’San Pawl il-Baħar erbat ijiem ilu.

Informazzjoni miksuba mill-Pulizija mill-Iskwadra tar-Reati Vjolenti kienu identifikati l-allegati ħallelin bħala żewġ Taljani ta’ 39 sena u 32 sena. Il-Pulizija ċċirkondaw appartament fi Triq iċ-Ċerna, f’San Pawl il-Baħar fejn sabu liż-żewġ suspettati.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, l-Furjana għal aktar investigazzjonijiet. Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

Is-serqa seħħet nhar is-7 ta’ Ottubru għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq il-Ħalel. Raġel liebes maskra u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lil kaxxiera – mara ta’ 25 sena mill-Ungerija. Hekk kif ha l-flus, il-ħalliel ħa ukoll għaxar pakketti sigaretti u ħarab minn fuq il-post. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.