Ġuvni ta’ 18-il sena l-ħabs wara li gidem Pulizija

Żagħżugħ ta' 18-il sena weħel sitt xhur priġunerija u multa ta' €4,000 wara li gidem u ħebb għal pulizija. Żagħżugħ ieħor ta' 23 sena li kien involut fl-istess każ weħel sitt xhur priġunerija sospiża għal tliet snin u multa ta’ €4,000.
Huma kienu arrestati nhar is-Sibt għall-ħabta tas-1.00 ta' waranofsinhar meta spettur, surġent u kuntistabbli kienu qed jagħmlu spezzjoni f’garaxx fi Triq San Ġużepp f’Ħaż-Żabbar wara li rċivew rapport relatat ma’ moħqrija tal-annimali. Il-Pulizija sabu li għadd ta’ annimali kienu qed jinżammu f’kundizzjonijiet ħżiena.
Meta ż-żewġt irġiel li kienu fil-garaxx ġew mitluba joħorġu barra, huma ma ridux jobbdu u aggredew lill-ispettur. Kien hemm li ż-żagħżugħ gidem lill-Pulizija.
Iż-żewġ żgħażagħ, li jgħixu Ħaż-Żabbar, ittellgħu l-Qorti, fejn ammettew ħajta kontra l-akkuża miġbjuba kontrihom.

Ritratt: CMRU