Żewġ persuni akkużati bi 3 serqiet minn ħwienet tal-logħob

Iż-żewġ persuni li nhar il-Ġimgħa nqabdu jisirqu minn ħanut tal-logħob fl-Imsida, huma l-istess li fit-23 ta’ Novembru u fil-Milied li għadda serqu ħanut ieħor tal-logħob fin-Naxxar.
Għall-ħabta tan-nofsiegħa tal-lum, il-Pulizija se ttella’ l-Qorti liż-żewġ arrestati quddiem il- Maġistrat Audrey Demicoli.
Fis-serqa ta’ nhar il-Ġimgħa, il-ħallelin ħarbu bil-flus minn fuq il-post biex imbagħad ġew arrestati ftit ħin wara mill-pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervension.