Żewġ persuni akkużati b’serq

Il-Pulizija resqet taħt arrest lil Stephen Borg ta’ 35 sena minn Birkirkara u lil Antonella Vella ta’ 28 sena mill-Fgura quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea. Huma ġew akkużati li bejn nhar il-Ġimgħa u s-Sibt serqu vettura fil-Kalkara, mutur fiż-Żejtun kif ukoll diversi ammonti ta’ għodda. Huma għamlu ħsara lill-istess vettura kif ukoll liż-żewġ bibien tal-garaxxijiet. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u waqt li ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest, ġew eskortati fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Fabian Fleri.