Żewġ passiġġiera jweġġgħu f’inċident f’Ħal Luqa

Żewġ persuni weġġgħu f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
Kien għall-ħabta tal-11am meta seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa.
Waħda mill-karozzi kienet qed tinstaq minn mara ta’ 62 sena minn Ħal Luqa u l-oħra minn raġel ta’ 56 sena mill-Imsida.
Fl-inċident weġġgħu żewġ passiġġieri li kienu fil-karozza tar-raġel.
Il-midruba huma tfajla ta’ 25 sena mill-Imsida li sofriet ġrieħi ħfief u raġel ta’ 31 sena mir-Rabat Malta li weġġa’ gravi.