Read in English.
Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet żewġ nominazzjonijiet għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi minflok Renald Falzon li miet fit-13 ta’ Novembru li għadda wara li kien pożittiv għall-coronavirus. Falzon s’issa huwa l-iżgħar vittma tal-coronavirus. Huwa miet fl-età ta’ 46 sena.
Iż-żewġ nomini li ġew preżentati lill-Kummissjoni Elettorali huma ta’ Abigail Sammut u Matthea Sghendo.
L-għadd tal-voti se jsir it-Tlieta 24 ta’ Novembru fill-11am fill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.