Żewġ nomini għal post David Thake

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li llum intlaqgħu żewġ nomini għall-kariga ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni qalet li Dounia Borg u Edward Torpiano ippreżentaw in-nomini tagħhom dalgħodu.
Elezzjoni każwali ssejħet biex timtela din il-kariga wara li David Thake rriżenja mill-Kunsill Lokali għax, fi kliemu, kien xettiku dwar l-adegwatezza ta’ Delia bħala Kap tal-partit.