Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet żewġ nominazzjonijiet biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali tar-Rabat Malta.
L-elezzjoni każwali se ssir fid-dawl tar-riżenja tal-Kunsillier Karl Muscat f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Il-Kummissjoni Elettorali qalu li sal-għeluq taż-żmien pprovdut għan-nominazzjonijiet, rċevew żewġ nominazzjonijiet minn Janice Grech u Alan Joseph Said.
L-elezzjoni każwali se ssir it-Tlieta 10 ta’ Novembru fil-11am fl-Uffiċċju Elettorali Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Fl-elezzjoni każwali li saret il-Ħamis Cyrus Engerer ġie elett minflok Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew.