Żewġ nominazzjonijiet għal Ħal Safi, xejn għal Birkirkara

Wara l-mewt tal-Kunsillier Peter Paul Busuttil, il-Kummissjoni Elettorali rċeviet żewġ nominazzjonijiet biex jimtela’ postu.
Kienu Publio Abdilla u Maria Grazia Farrugia li tefgħu n-nomina tagħhom, f’isem il-Partit Nazzjonalista, għall-elezzjoni każwali li se ssir nhar it-Tnejn fil-11:00am.
Intant, il-Kummissjoni Elettorali ma rċevie l-ebda nominazzjoni biex jimtela’ post Liam Gauci li rriżenja mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. 
Gauci kien elett fil-Kunsill f’isem il-Partit Laburista.