Żewġ nisa jintlaqtu minn karozza f’Santa Venera

Żewġ nisa ntlaqtlu minn karozza f’Santa Venera.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ ilbieraħ wara nofsinhar fi Triq il-Kbira San Ġużepp fit-3.15pm ilbieraħ. In-nisa għandhom 55 u 59 sena u t-tnejn huma residenti l-Ħamrun. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena li wkoll joqgħod il-Ħamrun.

Il-vittmi ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdu b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Il-mara ta’ 55 sena weġġgħet gravi filwaqt li l-mara ta’ 59 sena għandha ġrieħi ħfief.