Żewġ nisa arrestati minħabba tlajjar għall-prostituzzjoni

Read in English.

Il-Pulzija arrestaw żewġ nisa wara li ġew osservati jitlajjaw f’Tax-Xbiex għall-prostituzzjoni. Huma ttieħdu fil-Kwartier tal-Pulzija fil-Floriana għal aktar investigazzjonijiet.

Fi stqarrija l-Pulziija qalu li n-nisa nstabu fi Triq Ġużeppi Cali. Intqal li fl-istess triq il-Pulizija waqfet raġel u mara hekk kif intlemħu jagħmlu att sesswali fil-pubbliku.

Il-Pulzija waslet f’din it-triq wara li fir-ronda li bdiet fi Triq ix-Xatt, il-Pulizija innutaw mara ta’ 54 sena twaqqaf vetturi kif ukoll persuni. Aktar tard, raġel waqaf ikellem lill-mara ta’ 54 sena, ħareġ xi flus mill-kartiera u telqu mill-post flimkien. Il-koppja nstabu li kienu qed jagħmlu att sesswali fi Triq Ġużeppi Cali fejn ġew imwaqqfa immedjatament mill-Pulizija tasd-Distrett tas-Sliema.