Żewġ neputijiet tal-Papa u ommhom jitilfu ħajjithom f’ħabta

Żewġ pro-neputijiet tal-Papa Franġisku, flimkien ma' ommhom tilfu ħajjithom f'inċident tat-traffiku fl-Arġentina.
L-inċident seħħ hekk kif il-karozza tagħhom kienet involuta f'ħabta ma' trakk, meta kienu f'highway fiċ-ċentru tal-provinċja ta' Cordoba. 
In-neputi tal-Papa, Emanuel Horacio Bergoglio, li kien qed isuq il-karozza, jinsab f'kundizzjoni kritika u qed jingħata l-kura fi sptar.
Iż-żewġ pro-neputijiet, li għandhom sentejn u tmien xhur, mietu fuq il-post.