Żewġ nassaba arrestati wara li kienu qed jonsbu f’santwarju tal-għasafar

Volontiera tal-CABS sabu żewġ nases tal-insib fis-santwarju tal-għasafar f’Ħal Luqa.
Il-CABS sostniet li peress li mhux permess li jsir kaċċa u insib fuq l-għasafar f’dawn l-inħawi, il-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija li marru fuq il-post.
Il-Pulizija rnexxilhom jarrestaw żewġ nassaba, li kellhom in-nases u bosta għasafar tal-għana fil-gaġġeġ.
Il-CABS sostniet li n-nases ġew ikkonfiskati iżda n-nassaba setgħu iżommu l-għasafar peress li kellhom iċ-ċrieket.
Stqarrija tal-CABS tgħid li wettqet sorveljanza mill-ajru fuq żoni tan-Natura 2000.
Sostniet li kuntrarjament għal inħawi li huma meqjusa bħala santwarji tal-għasafar, in-nassaba jistgħu jaqbdu l-isponsuni f’dawn is-siti.
CABS qalet li l-volontiera sabu aktar minn 200 nassa fil-limiti Ta’ Ċenċ u d-Dwejra f’Għawdex, mal-irdumijiet f’Ħad-Dingli u Ħal Far.

Ritratt: CABS