Żewġ midalji tad-deheb biċ-ċans li jiġu tlieta

Alex Zanardi, l-eks sewwieq tal-Formula 1, rebaħ it-tieni midalja tad-deheb fil-kampjonati dinjija tal-Paraċikliżmu li qed isiru f’Greenville, fl-Istati Uniti.
Għal Zanardi dan huwa l-ħames titlu dinji personali u għada se jidħol fiċ-ċans għas-sitt titlu.
Fit-tiġrija kontra l-ħin bil-handbike, Zanardi ġie l-ewwel b’vantaġġ ta’ nofs minuta fuq is-Sud Afrikan Van Dyk li ġie fit-tieni post u fit-tielet post daħal l-Olandiż De Vries.