Żewġ Maltin se jkunu parti minn missjoni fl-Ukraina

Żewġ uffiċjali Maltin se jkunu parti mill-missjoni ta’ osservazzjoni fl-Ukraina, f’isem l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE).
Iż-żewġ Maltin se jkunu membru tal-Forzi Armati ta’ Malta u uffiċjal mid-Dipartiment tad-Difiża.
F’din il-missjoni se jieħdu sehem 22 pajjiż fosthom l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Istati Uniti.
Malta bħalissa qed tmexxi l-forum għall-koperazzjoni u s-sigurtà tal-OSCE.