Żewġ maltempati qawwijin se jgħaddu minn fuq Malta

FirstMalta

Read in English.

Malta se tesperjenza żewġ maltempati qawwijin bejn illum u għada. Dan skont il-bassara indipendenti tat-temp Maltese Islands Weather.

It-twissija se tkun fis-seħħ mis-2pm illum sa għada f’nofsinhar. Il-bassara spjegaw li bħalissa ġejja massa ta’ arja instabbli lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Kif din tiġi f’kuntatt mal-baħar sħun madwar il-gżejjer Maltin se tintensifika. Imbagħad tiżviluppa diversi ħalbiet tax-xita u maltempati bir-ragħad.

Il-ħalbiet iżolati tax-xita se jibqgħu possibbli sa tard għada filgħaxija u jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad għal ftit ħin. Il-bassara wissew dwar xita qawwija jew torrenzjali, riħ qawwi ħafna u anke silġ.

Is-sitwazzjoni għandha taqleb għall-aħjar għada wara nofsinhar. Is-sema għandha tibnazza. Imma r-riħ mill-Grieg il-Lvant xorta se jibqa’ qawwi u se jlaħħaq forza ħamsa jew sitta f’xi waqtiet.

Similarment, l-uffiċċju Metereoloġiku wkoll ħareġ twissija ta’ ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad u possibilment bis-silġ.

Ibagħtilna ritratti u filmati fuq info@newsbook.com.mt