Żewġ logħbiet ta’ ħbiberija għat-tim Malti tan-nisa

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa se jkun qed jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Isvizzera u t-Turkija. Il-coach tat-tim Mark Gatt ippubblika l-lista tal-plejers magħżula. It-tim magħżul hu dan li ġej:

GOWLERS

Janice Xuereb (Birkirkara); Jodie Attard (Raiders Għargħur); Patricia Ebejer (Mġarr United).

DIFENSURI

Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Alishia Sultana (all Birkirkara); Nicole Sciberras (Juventus, Italy); Rebecca Bajada (Mġarr United); Charlene Zammit (Swieqi United).

MIDFIELDERS

Brenda Borg, Claudette Xuereb (both Mġarr United); Gabriella Zahra, Veronique Mifsud (both Birkirkara); Jade Flask, Dorianne Theuma, Simone Buttigieg (all Swieqi United); Sydney Schembri (Xavier Women’s Soccer, US); Shona Zammit (Pink Bari – Italy).

ATTAKKANTI

Martina Borg (Sassari Torres, Italy); Haley Bugeja (Mġarr United); Ylenia Carabott (Chievo Fortitudo, Italy).

Il-logħba ta’ għada li se tintlagħab kontra t-tim Svizzeru se tibda fis-06:30pm u se tintlagħab ġewwa s-Centenary Stadium minflok fit-Training Grounds. Dawn il-logħob ta’ ħbiberija qed isiru bil-ħsieb li jippreparaw lit-tim Malti għal-logħob ta’ kwalifika mill-UEFA Women’s Euro 2021.

Il-logħob ta’ kwalifika se jkunu kontra l-Georgia u Bosnia & Herzegovina.

Il-leaders tal-league Birkirkara għandhom sitt plejers magħżula – il-gowler Janice Xuereb, id-difensuri Stephania Farrugia, Alishia Sultana u Ann-Marie Said u l-midfielders Gabrielle Zahra u Veronique Mifsud.