​Żewġ logħbiet ta’ ħbiberija għat-tfajliet ta’ taħt il-15-il sena

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol tan-nisa ta’ taħt il-15 il sena se jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra r-Rumanija fit-30 ta’ Marzu u fl-1 ta’ April li ġej. Iż-żewġ partiti se jintlagħbu fis-Centenary Stadium bl-ewwel waħda tibda fil-11.00am u t-tieni waħda tibda fis-6.00pm.
Dawn iż-żewġ logħbiet se jservu biex fil-futur qrib, dawn iż-żgħażagħ jittellgħu fit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16, is-17 u d-19-il sena u eventwalment fit-tim nazzjonali tal-kbar.
Pierre Brincat, d-Direttur tal-futbol tan-nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku Nazzjonali qal li din se tkun l-ewwel esperjenza għal dawn it-tfajliet li ilhom flimkien ħames snin.
Dorienne Theuma, kowċ nazzjonali ta’ din l-iskwadra mgħejjuna mill-assistenta tagħha Charlene Zammit u l-kowċ tal-gowlkipers Michelle Zahra, sejħu skwadra ta’ 23 plejer biex jipparteċipaw f’dawn il-partiti.
L-iskwadra se tkun magħmula minn:
Gowlkipers – Patricia Ebejer (Mgarr), Mandy Caruana (Tarxien)
Difensuri – Kim Borg (Tarxien), Chloe Ellul (Tarxien) Leanne Cefai (Gozo) Nicole Sciberras (Mosta) Celeste Grech (Mosta), Mirea Ellul (Hibs), Amber Brincat (Hibs), Michela Felice (Birkirkara) Nicole Zammit (Birkirkara), Sharone Spagnol (Hibs)
Midfielders – Katryn Ellul (Kirkop), Maia Debono (Mgarr) Maria Farrugia (Gozo), Kayleigh Chetcuti (Hibs), Samantha Zarb (Birkirkara) Sarah Urpani (Birkirkara) Miriana Conti (Gozo) Kylie Pantalleresco (Mosta), Angelique Schembri (Mgarr)
Attakkanti – Demi Magrin (Kirkop), Keeva Camilleri (Gozo)