Żewġ kuntistabbli se jitressqu l-Qorti fuq każ li seħħ fil-Mosta

Żewġ kuntistabbli tal-Pulizija se jitressqu quddiem il-Qorti wara li raġel mill-Mosta qal li spiċċa aggredit minnhom meta waqqfuh.
L-istess raġel ta’ 24 sena jinsab mixli b’sewqan perikoluż, li ħebb għall-Pulizija, li rreżista l-arrest u ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu.
Iż-żewġ kuntistabbli se jitressqu l-Qorti wara li ntemmet inkjesta li ġiet ordnata mill-Maġistrat dwar dan il-każ.
Ir-raġel qed jgħid li dakinhar li seħħ il-każ kien spiċċa msawwat mill-Pulizija tar-RIU iżda ż-żewġ kuntisabbli qed isostnu li kienu li spiċċaw aggrediti u kellhom jingħataw il-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Il-każ se jkompli fil-Qorti.