Żewġ kumpaniji ntgħażlu għall-ftuħ u l-operat ta’ każinò f’Malta

Wara li ntemm il-proċess li kien beda b’sejħa għall-proposti fil-31 ta’ Lulju li tas-sena li għaddiet, il-Privatisation Unit għażel lil Eden Leisure Group bħala l-iktar favorit u lil Dragonara Gaming Limited bħala it-tieni aħjar offerta.
Il-Gvern esprima x-xewqa li jidħol f’negozjati maż-żewġ kumpaniji bil-għan li jingħataw żewġ konċessjonijiet separati għall-każinò f’Malta.
Fi stqarrija ntqal li t-tieni konċessjoni tkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija ta’ Malta.