Żewġ kumpaniji jidħlu fil-lista tan-negozju tal-Borża ta’ Malta

Żewġ kumpaniji, waħda minnhom Taljana, se jkunu fil-lista tan-negozju tal-Borża ta’ Malta.
Dan wara li s-sena li għaddiet kienet tnediet lista ġdida għal kumpaniji żgħar u medji.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li ż-żewġ kumpaniji huma l-SFA (Taljana) u IG Finance plc (Maltija).
Qal li dawn ġew aċċettati fil-lista l-ġdida Prospects biex l-ishma tagħhom jiġu negozjati fil-Borza ta’ Malta.
Spjega li dan l-iżvilupp jibgħat sinjal li hemm alternattiva għall-mezzi ta’ finanjament għal kumpaniji żgħar u medji, minbarra s-sistema bankarja.
Ritratt; DOI: Jeremy Wonnacott