Read in English.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista lbieraħ approva l-ħatriet tal-Kummissjoni Elettorali, Data u Rekords u tal-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Midja Soċjali.
Fi stqarrija, il-PN spjega li dawn il-kummissjonijiet kienu approvati fuq proposta tal-Kunsill Amministrattiv.
Il-Kummissjoni Elettorali, Data u Rekords se tkun magħmula minn:
- Gejtu Vella bħala Chairperson ta’ din il-Kummissjoni
- Ivan Castillo bħala Viċi Chairperson ta’ din il-Kummissjoni u mill-membri;
- Marion Portelli
- George Cremona
- Dr Danica Caruana
Intant, il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali se tkun magħmula minn:
- Profs. Joe Pirotta bħala Chairperson ta’ din il-Kummissjoni u l-membri;
- Dr Roberta Bonello
- Dr Jean Karl Soler
- Dr Michael Laferla
- Dr Arthur Galea Salomone
Kien spjegat li ż-żewġ Kummissjonijiet il-ġodda huma parti mir-riforma li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur, u joħorġu mill-istatut il-ġdid li ġie approvat fil-Kunsill Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju li għadda.
Fl-istess laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, Delia rċieva t-tieni vot ta’ sfiduċja tiegħu.