Żewġ knejjes jingħataw in-nar fin-Niġerja

Minn tal-inqas żewġ knejjes kienu vvandalizzati u ngħataw in-nar fil-kapitali tan-Niġerja wara li kien hemm protesti kontra r-revista Franċiża Charlie Hebdo li ħmistax ilu ppubblikat cartoon tal-Profeta Muhammed.
Il-protesti tas-Sibt bdew barra l-moskea ta’ Naimey bil-Puluzija kellha tuża’ l-gass tad-dmugħ wara ġurnata minn meta inqatlu erba’ persuni fil-belt ta’ Zinder.
L-ambaxxata Franċiża fin-Niġerja ħeġġet liċ-ċittadini Franċiżi biex jibgħu ġewwa.
Il-ġimgħa li għaddiet, estremisti Iżlamiċi qatlu 12-il persuna fl-uffiċini tar-revista f’Pariġi, bi tmienja minnhom ikunu ġurnalisti.