Żewġ klabbs wara Gomes

Il-klabb Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund qed jinteressaw ruħhom fiż-żagħżugħ ta’ Manchester United Angel Gomes. Skont il-gazzetta The Sun, Gomes għadu jrid jiffirma kuntratt ġdid mal-United u jekk dan kollu jdum ma jseħħ pront jistgħu jidħlu Barcelona illi jingħaqdu mat-tim Ġermaniż għall-akkwist ta’ dan il-plejer. 
Min-naħa tagħhom il-klabb mill-belt ta’ Dortmund qed togħġobhom l-idea ta’ Gomes għax diġà akkwistaw lil żagħżugħ ieħor Ingliż Jadon Sancho mingħand ManchesterCity.