Żewġ każijiet ġodda, 5 ifiqu

Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu żewġ każijiet ġodda ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li ħames persuni fiequ mill-virus. Il-Ħamis saru 946 swab test.

Dan tħabbar fuq il-paġna tal-Ministeru għas-Saħħa fejn ta’ kuljum qed tiġi ppubblikata l-istatistika tas-sitwazzjoni tal-pandemija f’Malta.

Wieħed mill-każijiet tal-lum kien sporadiku u ma kienx sintomatiku għall-virus filwaqt li l-każ l-ieħor kien sintomatiku u kellu kuntatt ma’ persuna oħra li nstab pożittiv għall-cornavirus fil-jiem li għaddew.

It-total ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ 29 każ.