“Żewġ każijiet biss ta’ COVID-19 fiċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar” – FES

Ritratt: FES

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FES) qalet li s’issa fiċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar instabu biss żewġ membri tal-istaff pożittivi għall-COVID-19.

F’post fuq Facebook l-FES qalet li l-awtoritajiet bdew il-contact tracing immedjatament hekk kif instabu dawn iż-żewġ każijiet pożittivi u sostniet li l-istudenti u l-membri kollha tal-istaff li kellhom kuntatt dirett ma’ dawn iż-żewġ każijiet ġew ikkuntattjati miċ-ċentru biex jibqgħu d-dar bħala miżura ta’ prekawzzjoni sakemm l-Awtoritajiet tas-Saħħa jikkuntattjawhom.

L-FES temmet tgħid li ttieħdet l-azzjoni neċessarja kollha skont il-linji gwida maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa, filwaqt li qalet li kwalunkwe aħbar oħra tindika li nstabu iktar każijiet fiċ-ċentru f’San Pawl il-Baħar hija aħbar falza.

⚠️⚠️Press Release⚠️⚠️The Foundation for Educational services would like to clarify that so far two COVID positive…

Posted by Foundation for Educational Services on Wednesday, September 16, 2020