Żewġ każi tal-Covid-19 f’Għawdex

face masks
Miguela Xuereb

Żewġ każi fost il-106 każi ġodda ta’ COVID-19 li tħabbru llum huma f’Għawdex.

Is-sindku tax-Xagħra, Christian Zammit qal dan permezz ta’ kitba fuq Facebook. Huwa qal li din l-informazzjoni ngħatat minn sorsi uffiċjali.

Zammit ikkonferma wkoll li dawn iż-żewġ każijiet pożittivi f’Għawdex mhumiex residenti fix-Xagħra.

Fil-Gżejjer Maltin illum ġie reġistrat numru rekord ta’ każijiet pożittivi b’total ta’ 106 każi.

Matul il-ġurnata kien hemm diversi reazzjonijiet dwar dan fosthom min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili (CSN) li appellaw biex il-Professur Charmaine Gauci biex terġa’ tibda tidher kuljum fuq  it-televixin biex tagħti aġġornament fuq il-każijiet tal-coronavirus f’Malta.

Fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li kkummentaw dwar il-ftuħ tal-iskejjel fil-ġimgħat li ġejjin. Fost dawn il-kummenti kien hemm persuna li qalet li l-għalliema ħaqqhom il-forka jekk ma jinfetħux l-iskejjel.