Read in English.
Tliet persuni qed isofru minn ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident li fih żewġ karozzi spiċċaw maqlubin.
Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ bejn tliet vetturi għall-ħabta tat-8pm fi Triq ix-Xatt il-Qajjenza, Birżebbuġa.
Fuq il-post kien hemm il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u l-pulizija, u t-triq kienet magħluqa għal xi ħin.
Il-ħabta ġrat bejn tliet vetturi: karozza minnhom kienet misjuqa minn Sirjan ta’ 47 sena li joqgħod Birżebbuġa, karozza oħra minn Malti ta’ 32 sena li joqgħod Ħal Tarxien u oħra minn raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa. Flimkien ma’ dan ir-raġel kien hemm ukoll passiġġier.
L-aħħar tliet persuni msemmijin inqabdu fil-karozza u nħarġu bil-ħidma ta’ membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Kienu huma t-tliet persuni li ttieħdu l-isptar.