Żewġ kantanti Maltin kienu fost il-parteċipanti fis-17-il edizzjoni tal-konkors Lake Pearl fil-Maċedonja. Il-konkors kien mifrux fuq jumejn u l-parteċipazzjoni tal-kantanti Maltin kienet possibbli għal Priscilla ‘Kaya’ Giordano Psaila f’isem Singer Stage Academy.
F’dan il-konkors ħadu sehem diversi kantanti f’kategoriji differenti. Elisa Muscat ħadet sehem f’kategorija dik ta’ bejn 10 snin u 12 il-sena fejn kisbet l-ewwel post fil-kategorija tagħha.

Martina Abela li ħadet sehem f’kategorija ta’ bejn it-13 il-Sena u l-14 il-sena rebħet l-ewwel post fil-kategorija tagħha. Apparti li ħadet sehem wkoll f’kategorija tal-mużika klassika. Martina kienet viċin li tispiċċa rebbieħa tal-Grand Prix peress li żewġ kantanti ġew indaqs fil-punti.