Żewġ Irlandiżi arrestati wara li wettqu ħsarat fuq vetturi

Żewġ Irlandiżi kienu arrestati dalgħodu wara li allegatament wettqu diversi ħsarat fuq vetturi fis-Swieqi.
Iż-żewġt irġiel wettqu ħsarat fuq vetturi li kienu fi Triq is-Swieqi u fi Triq is-Sidra fis-Swieqi.
L-irġiel mistennija jkunu mressqa l-qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ritratt: CMRU – The Malta Police Force