Aġġornata (1): Raġel gravi wara ħabta fl-Armier

Anzjan ta' 76 sena sofra ġrieħi gravi wara li l-vettura li kien qed isuq ħabtet ma' vann tal-passiġġieri fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ fl-4.20pm qrib l-Armier meta għal raġuni mhux magħrufa fejn kien hemm impatt bejn il-vann misjuq minn raġel ta’ 37 sena miż-Żejtun u l-karozza misjuqa mill-anzjan minn Ħaż-Żebbuġ.
Fil-ħin tal-inċident ix-xufier tal-vann kellu rekbin miegħu 15-il persuna.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan u żagħżugħ Pollakk ta’ 29 sena li kien passiġġier fil-vann, l-isptar.
Il-Pollakk mar f'ċentru tas-saħħa għall-kura, u ma sfora ebda ħrieħi serji.
Ritratt: Arkivji