Żewġ irġiel armati jagħmlu għal xi persuni f’Kent

Xi irġiel armati għamlu għal xulxin fi triq ġewwa Kent, fl-Ingilterra bil-baseball bats u l-imrietel. Xi xhieda li kienu fit-triq baqgħu imbelħa hekk kif raw l-istorja tiżvolġi quddiemhom fi triq pjuttost kwieta f’Kent.

Skont filmati minn kameras tas-CCTV, jidher li dawn iż-żewġ irġiel qabdu jkissru l-windscreen ta’ karozza filwaqt li bdew jgħajtu u jheddu lill-persuni li kienu fil-karozza. Fost dak li ntqal, kien hemm xi kummenti razzjali. Irriżulta li l-ġlieda qamet wara li l-persuni kienu involuti f’inċident bil-karozza xi ftit toroq il-bogħod minfejn seħħet il-ġlieda.