Żewġ inċidenti fl-istess triq fi ftit sigħat

Aġġornat 08:11 PM
Facebook - MRTU

Raġel ta’ 38 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza oħra fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun ix-Xemxija.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6pm.  Ir-raġel li kien qed isuq il-karozza l-oħra għandu 56 sena residenti San Pawl il-Baħar ma sofra l-ebda ġrieħi.  

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

Bħalissa t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.

Dan huwa t-tieni incident fl-istess triq hekk kif għall-ħabta tas-1.30pm, seħħ impatt bejn karozza u mutur. Is-sewwieq tal-mutur huwa raġel ta’ 28 sena mill-Islovakkja residenti l-Mellieħa. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ir-raġel li kien qed isuq il-karozza huwa Ingliż ta’ 64 sena li dan ma sofra l-ebda ġrieħi.

Fl-1 ta’ Frar li għadda raġel ta’ 46 sena mill-Mellieħa tilef ħajtu fl-istess triq. Il-vittma kienet qed isuq il-mutur. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.