Żewġ inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol bejn April u Ġunju

Matul it-tieni kwart tal-2013, kienu irreġistrati żewġ inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol. Meta kkumparati mal-istess perjodu fl-2012, l-inċidenti li ma ħallew ebda vittma baqgħu bejn wieħed u ieħor l-istess.

Matul dan l-istess perjodu, kien hemm 836 persuna li weġġgħu f’inċidenti waqt li kienu qed jaħdmu. Meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, kien hemm żieda ta’ madwar 0.5% fl-inċidenti rreġistrati.

Kwart minn dawn l-inċidenti ġraw fl-industrija tal-manifattura. Kienu komuni ukoll bosta inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni, madwar 14%. Fl-industrija tal-manifattura, kien hemm ħames inċidenti inqas mill-istess perjodu tas-sena ta’ qabel filwaqt li kienu rreġistrati madwar 23 każ inqas fis-settur tal-kostruzzjoni.